https://acnmalta.org/wp-content/uploads/2015/08/ACN-_Malta_-L-ACN-thabbar-ghajnuna-vitali-ghar-refugjati-Iraqqini-–-sena-wara-li-harbu.pdf

Il-Patrijarka tal-Kaldej jimmarka l-anniversarju tat-traġedja ta’ Mosul u l-Wied ta’ Nineveh.

 BAGHDAD – Fi stqarrija indirizzata lejn il-Gvern u l-Parlament tal-Iraq, il-mexxej tal-Knisja Kaldeja, il-Patrijarka Louis Sako I jikteb bħala l-President tal-Assemblea tal-Isqfijiet Kattoliċi fl-Iraq. Hu appella għall-mexxeja ta’ pajjiżu biex jagħmlu l-aħjar li jistgħu sabiex jegħlbu lill-“gruppi estremisti li jistaħbew wara drawwiet reliġjużi u jużaw il-vjolenza biex b’hekk jestendu l-poter tagħhom – dan huwa periklu għal kulħadd.”

Kif tistgħu taraw l-enfasi ma kenitx fuq l-ISIS, fl-ittra tas-6 t’Awwissu, sena eżatt wara li aktar minn 120,000 Kristjan ħarbu mill-Wied ta’ Ninevah wara li l-ISIS ħatfu Qaraqosh, il-Kapitali tal-Kristjani Iraqqini.

Il-Patrijarka kiteb dwar il-Kristjani u l-Jażidi fejn qal ukoll li “eluf ta’ Musulmani mietu –  u oħrajn sabu arthom – “okkupata filwaqt li wirthom ġie mhedded.”

Minflok tinsab soluzzjoni militari biex jinqered il-grupp tal-ISIS u gruppi estremisti oħra li qed jeqirdu l-Iraq, il-Patrijarka Sako appella lil-leġiżlaturi biex jibdew proċess ta’ “politika nazzjonali ta’ rikonċiljazzjoni” biex tkun il-bażi taċ-“ċittadin komuni” tad-diversi etniċitajiet u gruppi reliġjużi Iraqqini. Rikonċiljazzjoni ta’ dan it-tip toħloq ukoll “rikonċiljazzjoni m’Alla.”

 “Il-bażi awtentika għar-rikonċiljazzjoni hija l-lealtà lejn l-Iraq – il-poplu kollu għal Patrija waħda, u mhux biss għall-persuni individwali jew gruppi”, u biċ-ċittadini kollha “jagħtu prijorità għall-ġid komuni.” Fuq livell prattiku, il-Patrijarka qal li l-proċess tar-rikonċiljazzjoni “jeħtieġ reviżjoni tal-istituzzjonijiet eżistenti, u r-rilevanza tagħhom għal żminijietna.” L-Iraq, kompla jtenni, għandu bżonn isir “stat ċivili modern u b’saħħtu li jkun sostenibbli filwaqt li jirrappreżenta l-ideali realistiċi ta’ niesu stess.” Il-frott ta’ riforma ġenwina, il-Patrijarka ssuġġerxxa li għandu bżonn ikun wieħed aktar b’saħħtu li “jirrisolvi l-qgħad u l-faqar;” flimkien ma’ “sistema edukattiva ġdida”, “media kostruttiva;”, “jirrestawra ir-rwol tal-klassi tan-nofs” u li jiżgura “mobiltà soċjali u dik ekonomika.” Talab ukoll għal “djalogu reliġjuż” li “għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-istabbiltà tas-soċjetà, u li jindirizzawh lejn l-ogħla valuri tagħha.” Biex dan ikun possibbli, il-Patrijarka żid jgħid, li għandu jkun hemm liġijiet stretti biex l-infurzar tagħhom jgħin ir-reliġjonijiet u s-siti qaddisa tagħhom filwaqt li jikkriminalizzaw attivitajiet li jqanqlu forom ta’ diskriminazzjoni, tixrid ta’ mibegħda u d-diviżjoni.  

Din id-dikjarazzjoni tal-Patrijarka Sako ġiet disposta għall-Fondazzjoni Internazzjonali ta’ karità Aid to the Church in Need. Test sħiħ mehmuż.

 

 

https://acnmalta.org/wp-content/uploads/2015/08/Patriarch-Official-letter-6-August-2015.pdf