Nixtiequ ninfurmaw lill-qarreja tagħna li l-Aid to the Church in Need (Malta) ser tkun qed tipparteċipa fil-Fiera ġewwa l-MFCC, Ta’ Qali bejn il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju u l-Ħadd, 5 ta’ Lulju 2015.

Nistiednu lil kulħadd biex jiġi jiltaqa’ magħna u nsiru nafu aktar lil xulxin fil-waqt li ngħidu kelma.

Il-ħsieb ewlieni tal-parteċipazzjoni tal-Aid to the Church in Need (Malta) f’din il-fiera huwa sabiex inkomplu noħolqu kuxjenza fost il-Maltin u l-Għawdxin dwar ħutna ppersegwitati madwar id-dinja.

Fuq l-istand ser ikun qed jinġabru l-firem għal petizzjoni li qed issir u li ser tiġi ppreżentata lill-Awtoritajiet Maltin għal dan il-għan. Aħna nħossu li sew kemm bħala Nsara kif ukoll bħala Maltin, m’għandniex indawwru wiċċna minn dak li qed jiġri lil dawn in-nies. Għalhekk inħeġġu lilek, lil qrabatek u l-familjari tiegħek li filwaqt li tkunu qed iżżuru l-fiera, taqbżu qabża sal-istand tagħna fejn hemmhekk tkunu tistgħu tiffirmaw din il-petizzjoni u hekk intom ukoll tkunu qed tagħtu s-sehem tagħkom f’din il-ħidma favur dawn ħutna ppersegwitati li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna waqt din is-siegħa ta’ prova.

 

 

Stephen Axisa
Direttur Nazzjonali
Aid to the Church in Need (Malta)