L-ACN (Malta) tieħu sehem fil-Fiera Nazzjonali fl-MFCC Ta’ Qali
L-iskop tal-parteċipazzjoni hija li nqajjmu kuxjenza favur il-Kristjani ppersegwitati u biex nippromwovu l-Evanġelizazzjoni tal-Knisja. Nistiednu lil kulħadd biex jiġi jiltaqa’ magħna.
Ħin tad-dħul: Bejn is-6.30p.m. sal-11.00p.m.
Wiri tal-film ‘Of Gods and Men’
Dan ser jintwera llejla, 3 ta’ Lulju 2015, fl-“Oratorju” Naxxar fis-7.30pm.
Il-film ‘Of Gods and Men’ jittratta l-qtil ta’ seba’ Monaċi li kienu jgħixu fil-Monasteru ta’ Notre-Dame de l’Atlas fl-Alġerija. Dawn kienu nħatfu bejn il-lejl tas-26 u s-27 ta’ Marzu 1996 u nqatlu fil-21 ta’ Mejju 1996 waqt il-Gwerra Ċivili tal-Alġerija.
Il-film juri l-ħajja ta’ dawn il-Monaċi u r-relazzjoni mill-qrib li kellhom man-nies tal-post. Għalkemm kienu mwissija dwar il-perikli, il-Monaċi xorta waħda baqgħu fil-Monasteru ma’ nieshom. Id-dettalji tal-ħtif u l-mewt tagħhom jibqgħu kontroversjali.
Ser ikun hemm ukoll xhieda ta’ Soru Maltija li ser tagħti l-esperjenza tagħha dwar dan il-kas.