{"id":8517,"date":"2015-03-26T12:57:52","date_gmt":"2015-03-26T12:57:52","guid":{"rendered":"http:\/\/www.acnmalta.org\/?p=8517"},"modified":"2015-03-26T12:57:52","modified_gmt":"2015-03-26T12:57:52","slug":"min-kien-fr-frans","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/","title":{"rendered":"MIN KIEN FR FRANS?"},"content":{"rendered":"<style type=\"text\/css\"><\/style><p>Kull min kien jaf lil Fr Frans ma skantax li kien irrifjuta li jitlaq mill-belt ta\u2019 Homs, fis-Sirja, meta din sfat bumbardjata bi \u0127ruxija liema b\u0127alha. Kien ilu jg\u0127ix u ja\u0127dem hemm g\u0127al 50 sena u kien baqa\u2019 fil-belt minn meta din sfat \u010birkondata u assedjata mill-forzi ribelli madwar sentejn ilu.<\/p>\n<p>Fis-7 t\u2019April li g\u0127adda, wie\u0127ed suldat b\u2019wi\u010b\u010bu mg\u0127otti, da\u0127al fid-dar fejn kien jg\u0127ix Fr Frans. \u0126ar\u0121u barra fit-triq u qatluh b\u2019\u017cew\u0121 tiri f\u2019rasu, bla kliem u bla sliem. Anke an\u0121lu tal-pa\u010bi b\u0127al Fr Frans sab min jobog\u0127du g\u0127as-sempli\u010bi ra\u0121uni li kien bniedem tajjeb.<\/p>\n<p>Min kien Fr Frans u x\u2019kien qed jag\u0127mel is-Sirja \u2013 wie\u0127ed mill-pajji\u017ci l-aktar perikolu\u017ci li je\u017cistu? Kien l-a\u0127\u0127ar bniedem ewropew li baqa\u2019 Homs minkejja l-\u0127afna drabi li wissewh biex jitlaq min\u0127abba l-gwerra. \u201cJekk dawn in-nies qed ibatu, issa rrid li nkun mag\u0127hom aktar minn qabel. Kif kont mag\u0127hom fi \u017cminijiet sbie\u0127, irrid inkun mag\u0127hom fil-mument tat-tbatija.\u201d Dan kien il-prin\u010bipju ta\u2019 Fr Frans. Hekk kien jaf i\u0127obb.<\/p>\n<p>Fr Frans kien \u0120i\u017cwita Olandi\u017c li kien jg\u0127ix b\u0127ala missjunarju fis-Sirja. B\u0127alu kien hemm \u0120i\u017cwita ie\u0127or, Paolo dall Oglio, Taljan.\u00a0 Paolo wkoll iddedika \u0127ajtu g\u0127all-missjoni fis-Sirja. Huwa wkoll \u0127alla \u0127ajtu hemm. \u0126atfuh ir-ribelli Islami\u010bi f\u2019Raqqa fl-2013. \u0126add aktar ma sama\u2019 bih. \u0126add ma jaf x\u2019sar minnu.<\/p>\n<p>I\u017c-\u017cew\u0121 \u0120i\u017cwiti kienu t-tnejn g\u0127a\u017clu li jg\u0127ixu fis-Sirja. It-tnejn kienu jitkellmu tajjeb l-G\u0127arbi u jqisu s-Sirja b\u0127ala pajji\u017chom. It-tnejn kienu ispirati mix-xewqa li jissieltu g\u0127al aktar \u0121ustizzja u favur il-fqar. G\u0127alihom dan kien ifisser is-sa\u010berdozju \u2013 mhux tant i\u010b-\u010berimonji u l-ilbies sagru daqskemm li jing\u0127ataw biex itaffu t-tbatija tal-fqar.<\/p>\n<p>Imma \u0127admu b\u2019modi differenti g\u0127all-isfida ta\u2019 kif se jg\u0127inu lill-komunit\u00e0 Nisranija li kienet dejjem tonqos fin-numru fis-Sirja, biex jibqg\u0127u s\u0127a\u0127 fil-fidi tag\u0127hom f\u2019pajji\u017c g\u0127alkollox Musulman.<\/p>\n<p>Paolo \u0127adem \u0127afna billi re\u0121a\u2019 bena monasteru nisrani antik \u0127afna ftit \u2019il bog\u0127od minn Damasku. Kien il-monasteru ta\u2019 Deir Mar Musa li kien imwaqqaf \u0127afna sekli qabel ma tfa\u010b\u010ba l-Islam fil-pajji\u017c. Bi\u017c-\u017cmien dal-monasteru \u0121ie abbandunat u safa rovina.<\/p>\n<p>Il-\u0127olma ta\u2019 Paolo kienet li jer\u0121a\u2019 jqajjem il-missjoni ta\u2019 dan il-monasteru antik, i\u0121ifieri jkun mod kif insara u musulmani setg\u0127u jg\u0127ixu fis-sliem ma\u2019 xulxin. Ried li llum ukoll, il-monasteru jilqa\u2019 lil kul\u0127add u jag\u0127tihom i\u010b-\u010bans li jiltaqg\u0127u ma\u2019 Alla wie\u0127ed missier ta\u2019 kul\u0127add. Wara kollox kemm Misilmin kif ukoll Insara, ilkoll jag\u0127rfu lil Abraham b\u0127ala missier fil-fidi. G\u0127al Paolo, tradizzjoni reli\u0121ju\u017ca ta\u2019 erbatax-il seklu ma kellhiex tieqaf hawn.<\/p>\n<p>Waqt li Paolo kien jibni l-monasteru, Fr Frans kien kiseb bi\u010b\u010ba art, ftit \u2018\u2019il barra mill-belt ta\u2019 Homs. Semmieg\u0127a <em>\u2018al-Ard\u2019<\/em>, bil-Malti tfisser \u2018l-Art\u2019. \u0126awwel \u0127afna si\u0121ar ta\u017c-\u017cebbu\u0121 u dwieli tal-g\u0127eneb fuq dik l-art u \u0127oloq \u010bentru ta\u2019 spiritwalit\u00e0 ori\u0121inali g\u0127all-a\u0127\u0127ar. \u201cHawn post sempli\u010bi, daqskemm hi sempli\u010bi l-art innifisha. Dak kollox!\u201d Hekk kien jiddeskrivi <em>Al-Ard<\/em>.<\/p>\n<p>Kien jemmen bil-mezzi naturali \u2013 la pesti\u010bidi u ebda kimika. Kullimkien jikber ward u \u0127xejjex bl-aktar mod naturali. F\u2019nofs il-propjet\u00e0 kien ikabbar \u0127xejjex g\u0127all-ikel. Kien jistieden ji\u0121u ja\u0127dmu hemm \u0127afna tfal u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127, spe\u010bjalment dawk b\u2019xi di\u017cabilit\u00e0. Kont tarahom ji\u017cirg\u0127u, jag\u0127\u017cqu, isaqqu. Kull filg\u0127odu tara lil Fr Frans bil-VW antika tieg\u0127u idur l-ir\u0127ula ji\u0121bor lil dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 g\u0127al \u0121urnata xog\u0127ol o\u0127ra.<\/p>\n<p>Bis-sa\u0127\u0127a t\u2019hekk il-familji stess ta\u2019 dawn it-tfal b\u2019di\u017cabilt\u00e0 bdew jeg\u0127lbu l-mist\u0127ija tradizzjonali ta\u2019 \u0121enituri bi tfal ta\u2019 dan it-tip. Ma baqg\u0127ux ja\u0127buhom u jwarrbuhom. Bis-sa\u0127\u0127a ta\u2019 <em>Al-Ard<\/em> Fr Frans kien \u0127oloq komunit\u00e0 fejn kul\u0127add seta\u2019 jkun tassew apprezzat u mog\u0127ti d-dinjit\u00e0 vera tieg\u0127u jew tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Ix-xog\u0127ol kien isir minn \u0127afna voluntieri li kienu ji\u0121u jg\u0127ixu fl-iriziezet ta\u2019 Fr Frans. Xog\u0127ol ta\u2019 sabar u m\u0127abba ma\u2019 persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 ta\u2019 kull tip. <em>Al-Ard<\/em> kienet saret ir-rifu\u0121ju tal-fqar u \u010b-\u010bkejknin. G\u0127alih dan kien il-veru djalogu reli\u0121ju\u017c. Biex noqorbu lejn xulxin, insara, musulmani u nies ta\u2019 kull reli\u0121jon, l-ewwel ma rridux nibdew mid-diskussjonijiet tat-teolo\u0121ija jew tad-duttrina. G\u0127al Fr Frans l-Ispirtu t\u2019Alla kien jinsab fil-qalb ta\u2019 kull bniedem, hi x\u2019inhi r-reli\u0121jon jew twemmin tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Huwa stess kien jipprattika l-meditazzjoni Zen, tant importanti fil-Buddi\u017cmu. Kien jg\u0127addi \u0127in twil ta\u2019 silenzju kull filg\u0127odu u kien jg\u0127allem il-meditazzjoni u l-yoga fi spazju miftu\u0127 u mdawwal li kien iservi ta\u2019 kappella. Kien jg\u0127id: \u201cG\u0127alija rridu nibdew l-ewwel billi a\u0127na l-bnedmin niltaqg\u0127u u nilqg\u0127u lil xulxin. Imbag\u0127ad ir-reli\u0121jon ti\u0121i wara.\u201d<\/p>\n<p>\u017bgur li din l-attitudni ta\u2019 spiritwalit\u00e0 miftu\u0127a kienet ti\u0121bed \u0127afna \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 lejh. Fl-1980 kien beda esperjenza ta\u2019 mixja twila fil-muntanji tas-Syria g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-parro\u010b\u010ba tieg\u0127u. Wara tletin sena Fr Frans, li issa kien wasal g\u0127as-70 sena fl-et\u00e0, kien g\u0127adu jorganizza dil-mixja li kienu jattendu g\u0127aliha bejn 200 u 300 \u017cag\u0127\u017cug\u0127: kien hemm Sirjani, Insara, Musulmani, Dru\u017ci u Alawiti.<\/p>\n<p>\u201cIl-mixja \u0121\u0121ib lin-nies qrib ta\u2019 xulxin. Jaqsmu flimkien l-g\u0127eja, l-irqad, l-ikel u s-solidarjet\u00e0 ma\u2019 xulxin. Wara esperjenza b\u0127al dik xejn ma kien jibqa\u2019 importanti li int Nisrani jew Mislem. L-importanti kien ikun li int kont hemm!\u201d\u00a0 Hekk kien jitkellem Fr Frans.<\/p>\n<p>G\u0127alih li ta\u0127dem l-art, toqg\u0127od fis-skiet, timxi fin-natura\u2026 dawn kienu kollha l-aqwa mezzi biex tin\u0127oloq dik l-g\u0127aqda u l-ftehim bejn il-bnedmin. Dak li hu kien isejja\u0127: \u201cir-realt\u00e0 komuni ta\u2019 kull bniedem \u2013 li qed ng\u0127ixu!\u201d<\/p>\n<p>Kien jistrie\u0127 aktar fuq ir-realt\u00e0 tal-\u0127ajja mg\u0127ixa milli fuq i\u010b-\u010bertezzi ta\u2019 xi teolo\u0121ija jew duttrina reli\u0121ju\u017ca we\u0127idha. Darba qal: \u201cTaf int, fil-fatt ma tantx g\u0127andi grazzja mar-reli\u0121jonijiet. Nemmen li hi l-esperjenza spiritwali li hi l-g\u0127ajn ta\u2019 kull fidi. Sfortunatament \u0127afna reli\u0121jonijiet jitilfu dik l-ispirazzjoni ewlenija, dik l-esperjenza diretta u jitilfu s-sens ta\u2019 direzzjoni vera. Jibdew jg\u0127idu \u0127afna diskors kumplikat fuq l-Ispirtu li jkunu ilhom li nqatg\u0127u minnu. Mhux ta\u2019 b\u2019xejn li jikber il-fa\u010b\u010boli\u017cmu reli\u0121ju\u017c!\u201d<\/p>\n<p>Fr Frans ma kienx jaf fejn joqg\u0127od il-wi\u010b\u010b b\u2019ie\u0127or. Baqa\u2019 fidil lejn il-missjoni tieg\u0127u. Waqt l-assedju ta\u2019 Homs, bil-kefrijiet tremendi u attakki bla \u0127niena, qatt ma \u010b\u010baqlaq minn postu fost in-nies. Baqa\u2019 sal-a\u0127\u0127ar qatt ma jsemmi Insara jew Misilmin. Kien jitkellem biss fuq bnedmin li qed jit\u0127abtu biex jibqg\u0127u \u0127ajjin.<\/p>\n<p>\u201cM\u2019hemm xejn li jaqsamlek qalbek aktar milli tara l-ommijiet i\u0127ufu fit-toroq imfarrka mill-bombi, ifittxu xi \u0127a\u0121a tal-ikel g\u0127al uliedhom. A\u0127na n\u0127obbu l-\u0127ajja, irridu l-\u0127ajja. Ma rridux ng\u0127erqu \u0121o ba\u0127ar ta\u2019 tbatija u u\u0121ig\u0127.\u201d Hekk kien qal f\u2019wa\u0127da mill-a\u0127\u0127ar intervisti li kienu g\u0127amlulu l-\u0121urnalisti ftit qabel ma qatluh.<\/p>\n<p>G\u0127ax emmen fil-bniedem u fil-\u0127ajja tal-Ispirtu t\u2019Alla fil-bniedem, Fr Frans baqa\u2019 fidil sal-a\u0127\u0127ar. Miet martri ta\u2019 m\u0127abbtu g\u0127al \u0127utu l-bnedmin.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Dan l-ariklu qed jigi pubblicat bil-kortesija ta Patri Paul Chetcuti S.J, Editur tar-revista R&amp;M 2000.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kull min kien jaf lil Fr Frans ma skantax li kien irrifjuta li jitlaq mill-belt ta\u2019 Homs, fis-Sirja, meta din sfat bumbardjata bi \u0127ruxija liema b\u0127alha. Kien ilu jg\u0127ix u ja\u0127dem hemm g\u0127al 50 sena u kien baqa\u2019 fil-belt minn meta din sfat \u010birkondata u assedjata mill-forzi ribelli madwar sentejn ilu. Fis-7 t\u2019April li g\u0127adda,&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":8555,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[19],"tags":[],"class_list":["post-8517","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-e-newsletters"],"yoast_head":"<!-- This site is optimized with the Yoast SEO plugin v24.2 - https:\/\/yoast.com\/wordpress\/plugins\/seo\/ -->\n<title>MIN KIEN FR FRANS? - Aid to the Church in Need (Malta)<\/title>\n<meta name=\"robots\" content=\"index, follow, max-snippet:-1, max-image-preview:large, max-video-preview:-1\" \/>\n<link rel=\"canonical\" href=\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/\" \/>\n<meta property=\"og:locale\" content=\"en_US\" \/>\n<meta property=\"og:type\" content=\"article\" \/>\n<meta property=\"og:title\" content=\"MIN KIEN FR FRANS? - Aid to the Church in Need (Malta)\" \/>\n<meta property=\"og:description\" content=\"Kull min kien jaf lil Fr Frans ma skantax li kien irrifjuta li jitlaq mill-belt ta\u2019 Homs, fis-Sirja, meta din sfat bumbardjata bi \u0127ruxija liema b\u0127alha. Kien ilu jg\u0127ix u ja\u0127dem hemm g\u0127al 50 sena u kien baqa\u2019 fil-belt minn meta din sfat \u010birkondata u assedjata mill-forzi ribelli madwar sentejn ilu. Fis-7 t\u2019April li g\u0127adda,...\" \/>\n<meta property=\"og:url\" content=\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/\" \/>\n<meta property=\"og:site_name\" content=\"Aid to the Church in Need (Malta)\" \/>\n<meta property=\"article:published_time\" content=\"2015-03-26T12:57:52+00:00\" \/>\n<meta property=\"og:image\" content=\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/20130129_002.jpg\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:width\" content=\"768\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:height\" content=\"576\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:type\" content=\"image\/jpeg\" \/>\n<meta name=\"author\" content=\"ACN Malta Media\" \/>\n<meta name=\"twitter:card\" content=\"summary_large_image\" \/>\n<meta name=\"twitter:label1\" content=\"Written by\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:data1\" content=\"ACN Malta Media\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:label2\" content=\"Est. reading time\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:data2\" content=\"6 minutes\" \/>\n<script type=\"application\/ld+json\" class=\"yoast-schema-graph\">{\"@context\":\"https:\/\/schema.org\",\"@graph\":[{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/\",\"url\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/\",\"name\":\"MIN KIEN FR FRANS? - Aid to the Church in Need (Malta)\",\"isPartOf\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#website\"},\"primaryImageOfPage\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#primaryimage\"},\"image\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#primaryimage\"},\"thumbnailUrl\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/20130129_002.jpg\",\"datePublished\":\"2015-03-26T12:57:52+00:00\",\"dateModified\":\"2015-03-26T12:57:52+00:00\",\"author\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/3c01ab68e03f1b76347f9f6ac439a9d2\"},\"breadcrumb\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#breadcrumb\"},\"inLanguage\":\"en-US\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"ReadAction\",\"target\":[\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/\"]}]},{\"@type\":\"ImageObject\",\"inLanguage\":\"en-US\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#primaryimage\",\"url\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/20130129_002.jpg\",\"contentUrl\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/20130129_002.jpg\",\"width\":768,\"height\":576},{\"@type\":\"BreadcrumbList\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#breadcrumb\",\"itemListElement\":[{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":1,\"name\":\"Home\",\"item\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/\"},{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":2,\"name\":\"MIN KIEN FR FRANS?\"}]},{\"@type\":\"WebSite\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#website\",\"url\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/\",\"name\":\"Aid to the Church in Need (Malta)\",\"description\":\"Aid to the Church in Need (Malta)\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"SearchAction\",\"target\":{\"@type\":\"EntryPoint\",\"urlTemplate\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/?s={search_term_string}\"},\"query-input\":{\"@type\":\"PropertyValueSpecification\",\"valueRequired\":true,\"valueName\":\"search_term_string\"}}],\"inLanguage\":\"en-US\"},{\"@type\":\"Person\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/3c01ab68e03f1b76347f9f6ac439a9d2\",\"name\":\"ACN Malta Media\",\"image\":{\"@type\":\"ImageObject\",\"inLanguage\":\"en-US\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/image\/\",\"url\":\"https:\/\/secure.gravatar.com\/avatar\/93fb625be2ad6b7f825159f4ef11b098?s=96&d=mm&r=g\",\"contentUrl\":\"https:\/\/secure.gravatar.com\/avatar\/93fb625be2ad6b7f825159f4ef11b098?s=96&d=mm&r=g\",\"caption\":\"ACN Malta Media\"},\"url\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/author\/admin2\/\"}]}<\/script>\n<!-- \/ Yoast SEO plugin. -->","yoast_head_json":{"title":"MIN KIEN FR FRANS? - Aid to the Church in Need (Malta)","robots":{"index":"index","follow":"follow","max-snippet":"max-snippet:-1","max-image-preview":"max-image-preview:large","max-video-preview":"max-video-preview:-1"},"canonical":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/","og_locale":"en_US","og_type":"article","og_title":"MIN KIEN FR FRANS? - Aid to the Church in Need (Malta)","og_description":"Kull min kien jaf lil Fr Frans ma skantax li kien irrifjuta li jitlaq mill-belt ta\u2019 Homs, fis-Sirja, meta din sfat bumbardjata bi \u0127ruxija liema b\u0127alha. Kien ilu jg\u0127ix u ja\u0127dem hemm g\u0127al 50 sena u kien baqa\u2019 fil-belt minn meta din sfat \u010birkondata u assedjata mill-forzi ribelli madwar sentejn ilu. Fis-7 t\u2019April li g\u0127adda,...","og_url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/","og_site_name":"Aid to the Church in Need (Malta)","article_published_time":"2015-03-26T12:57:52+00:00","og_image":[{"width":768,"height":576,"url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/20130129_002.jpg","type":"image\/jpeg"}],"author":"ACN Malta Media","twitter_card":"summary_large_image","twitter_misc":{"Written by":"ACN Malta Media","Est. reading time":"6 minutes"},"schema":{"@context":"https:\/\/schema.org","@graph":[{"@type":"WebPage","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/","url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/","name":"MIN KIEN FR FRANS? - Aid to the Church in Need (Malta)","isPartOf":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#website"},"primaryImageOfPage":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#primaryimage"},"image":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#primaryimage"},"thumbnailUrl":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/20130129_002.jpg","datePublished":"2015-03-26T12:57:52+00:00","dateModified":"2015-03-26T12:57:52+00:00","author":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/3c01ab68e03f1b76347f9f6ac439a9d2"},"breadcrumb":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#breadcrumb"},"inLanguage":"en-US","potentialAction":[{"@type":"ReadAction","target":["https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/"]}]},{"@type":"ImageObject","inLanguage":"en-US","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#primaryimage","url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/20130129_002.jpg","contentUrl":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/20130129_002.jpg","width":768,"height":576},{"@type":"BreadcrumbList","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2015\/03\/26\/min-kien-fr-frans\/#breadcrumb","itemListElement":[{"@type":"ListItem","position":1,"name":"Home","item":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/"},{"@type":"ListItem","position":2,"name":"MIN KIEN FR FRANS?"}]},{"@type":"WebSite","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#website","url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/","name":"Aid to the Church in Need (Malta)","description":"Aid to the Church in Need (Malta)","potentialAction":[{"@type":"SearchAction","target":{"@type":"EntryPoint","urlTemplate":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/?s={search_term_string}"},"query-input":{"@type":"PropertyValueSpecification","valueRequired":true,"valueName":"search_term_string"}}],"inLanguage":"en-US"},{"@type":"Person","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/3c01ab68e03f1b76347f9f6ac439a9d2","name":"ACN Malta Media","image":{"@type":"ImageObject","inLanguage":"en-US","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/image\/","url":"https:\/\/secure.gravatar.com\/avatar\/93fb625be2ad6b7f825159f4ef11b098?s=96&d=mm&r=g","contentUrl":"https:\/\/secure.gravatar.com\/avatar\/93fb625be2ad6b7f825159f4ef11b098?s=96&d=mm&r=g","caption":"ACN Malta Media"},"url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/author\/admin2\/"}]}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8517","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=8517"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8517\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8555"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=8517"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=8517"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=8517"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}