{"id":20269,"date":"2017-02-08T08:18:57","date_gmt":"2017-02-08T08:18:57","guid":{"rendered":"http:\/\/www.acnmalta.org\/?p=20269"},"modified":"2017-02-08T08:18:57","modified_gmt":"2017-02-08T08:18:57","slug":"san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/","title":{"rendered":"San Gorg Preca &#8211; l-Ghalliem tal-pinna"},"content":{"rendered":"<style type=\"text\/css\"><\/style><h2 style=\"text-align: center;\"><span style=\"color: #000000;\"><strong>SAN \u0120OR\u0120 PRECA \u2013 L-G\u0126ALLIEM TAL-PINNA F\u2019g\u0127eluq <\/strong><\/span><\/h2>\n<h2 style=\"text-align: center;\"><span style=\"color: #000000;\"><strong>il-137 sena minn twelidu \u2013 12 ta\u2019 Frar, 1880.<\/strong><\/span><\/h2>\n<h2 style=\"text-align: center;\"><span style=\"color: #000000;\"><strong>Josette Spiteri SDC \u2013 membru tas-So\u010bjet\u00e0 tal-Museum<\/strong><\/span><\/h2>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>G\u0127ad hawn \u0127afna nies fostna li kellhom ix-xorti li la\u0127qu \u0127aj lil San \u0120or\u0121 Preca. Dawn \u0127utna \u010bertament li kellhom u g\u0127ad g\u0127andhom vanta\u0121\u0121 fuq nies b\u0127ali li ma la\u0127quhx, g\u0127aliex il-pre\u017cenza ta\u2019 persuna qaddisa qalb il-poplu mhux biss timmotiva u tqanqal imma wkoll ixxennaq g\u0127al Alla, filwaqt li trawwem fihom impressjonijiet li ma jmutu qatt. \u00a0<\/p>\n<p>Kif jg\u0127idilna l-kittieb Amerikan tas-seklu 20 Francis Scott Fitzgerald<strong><em>,\u00a0<span style=\"color: #000000;\"> il-personalit\u00e0 hija serje ta\u2019 \u0121esti li saru b\u2019su\u010b\u010bess u li qatt ma nkissru<\/span><\/em><\/strong><span style=\"color: #000000;\">.<\/span> U ng\u0127iduha kif inhi, qeg\u0127din nitkellmu fuq bniedem qaddis, mimli b\u2019Alla, ispirat biex jg\u0127allem u jeduka, imma fl-istess \u0127in ma ninsewx li kien bniedem b\u0127all-o\u0127rajn, bis-sentimenti tieg\u0127u, bid-difetti u l-kwalitajiet tieg\u0127u u bil-\u0127ajja sempli\u010bi li kien jg\u0127ix fl-ambjenti ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien. Fuq kollox kien meqjus tali g\u0127aliex kien konsistenti f\u2019g\u0127emilu, fi kliemu, fi \u0127sibijietu u f\u2019kitbietu.\u00a0 Kollox fl-ordni u kollox jixhed li qabel il-kelma la\u0127\u0127amha f\u2019ta\u0127dit jew kitba, kien di\u0121\u00e0 naqqaxha f\u2019qalbu u g\u0127exha fil-milja kollha tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Illum nixtieq li niffukaw ftit fuq il-kitba tieg\u0127u.\u00a0 Kien bniedem li t-tag\u0127lim g\u0127alih kien kollox.\u00a0 U dan g\u0127ax kien hemm g\u0127an wie\u0127ed x\u2019jaqdi.\u00a0 It-tag\u0127lim jag\u0127ti lill-bniedem dinjit\u00e0 g\u0127aliex jurih direzzjoni u gwida &#8211; li dan Kristu jkun mag\u0127ruf u ma\u0127bub minn kul\u0127add.\u00a0 Biex dan il-g\u0127an tieg\u0127u ma jintesiex, g\u0127aliex fil-verit\u00e0 l-bniedem minn dak li jisma\u2019 jista\u2019 jinsa \u0127afna, \u0127alla ammont kbir ta\u2019 kitbiet li permezz tag\u0127hom seta\u2019 jer\u0121a\u2019 jfakkar dak li kien jg\u0127id u jtenni.\u00a0 Ma rridux ninsew li l-mezzi ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien kienu limitati, l-istampa ma kinitx \u017cviluppata b\u0127al-lum u l-\u0127idma li kellu Dun \u0120or\u0121 b\u0127ala sa\u010berdot ma kinitx \u017cg\u0127ira lanqas.\u00a0 Imma t-tag\u0127lim tal-kitba kien infu\u017c fil-qaddis u kien jemmen li dan jg\u0127in biex wie\u0127ed jitg\u0127allem.\u00a0 Filfatt, insibu kitbiet li kienu esklussivament intenzjonati g\u0127all-u\u017cu privat tas-So\u010bjet\u00e0 tal-Museum, filwaqt li o\u0127rajn kienu jitqassmu fost il-poplu meta dan kien imur bi \u0127\u0121aru biex jisma\u2019 tag\u0127limu.<\/p>\n<p>Kitbet San \u0120or\u0121 Preca hija varja u meta ng\u0127id hekk qed infisser li l-istil g\u0127alkemm jidher li huwa tal-istess persuna, g\u0127andu wkoll metodi pedago\u0121i\u010bi interessanti li juru mhux biss kemm Dun \u0120or\u0121 kien bniedem kolt u a\u0121\u0121ornat fit-tag\u0127lim tal-Knisja Kattolika, imma fuq kollox kien bniedem ta\u2019 spiritwalit\u00e0 profonda u lest li jg\u0127allem b\u2019varjet\u00e0 li timmotiva u tqanqal biex wie\u0127ed jersaq lejn Alla l-\u0127allieq tieg\u0127u.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<ol>\n<li><span style=\"color: #000000;\"><strong>Kitba Riflessiva fuq varjet\u00e0 ta\u2019 virtujiet\u00a0 <\/strong><\/span><\/li>\n<\/ol>\n<p>Kitbet San \u0120or\u0121 Preca hija mog\u0127nija b\u2019diversi stili riflessivi li jg\u0127inuna nit\u0127arr\u0121u u nillottaw kontinwament biex nakkwistaw il-virtujiet u nag\u0127rfu aktar min hu dan is-Sinjur Alla.\u00a0 F\u2019dawn l-istili ta\u2019 kotba b\u0127alma hum<span style=\"color: #000000;\">a <strong><em>I\u017c-\u017bew\u0121 bnedmin, Il-\u0120innasju Spiritwali, ix-Xbiha ta\u2019 Alla, X\u2019g\u0127andna nag\u0127mlu biex insalvaw ru\u0127na, <\/em><\/strong><\/span>fost tant o\u0127rajn, il-qarrej isib sensiela ta\u2019 filosofija ta\u2019 \u0127sibijiet profondi u konjittivi li j\u0127ajru lill-bniedem ibiddel \u0127ajtu u jag\u0127mel l-isba\u0127 konver\u017cjoni interna.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><strong><em>Meta l-kuxjenza twiddbek li t-tali azzjoni mhix ta\u2019 min jag\u0127milha, g\u0127ax \u0127a\u017cina, jew hija ta\u2019 min jag\u0127milha g\u0127ax hija tajba, ku af, li inti tkun qed tmur kontra l-vu\u010bi ta\u2019 Alla, jekk inti tag\u0127mlilha re\u017cistenza. (\u0120innasju Spiritwali).<\/em><\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<ol start=\"2\">\n<li><span style=\"color: #000000;\"><strong>Kitba So\u010bjo-Kulturali<\/strong><\/span><\/li>\n<\/ol>\n<p>B\u0127al kull \u010bittadin ie\u0127or, Dun \u0120or\u0121 kien jg\u0127ix f\u2019ambjent li xi ftit jew wisq jiddertermina l-kitba tieg\u0127u.\u00a0 Huwa kellu l-polz tal-poplu, kien jag\u0127milha man-nies, jitkellem mag\u0127hom, jag\u0127ti pariri siewja, i\u0127e\u0121\u0121e\u0121 u jrawwem b\u2019xi tag\u0127lima li tqnaqal.\u00a0 F\u2019kelma wa\u0127da, San \u0120or\u0121 Preca kien tabil\u0127aqq jemmen bi s\u0127i\u0127 li biex wie\u0127ed jitg\u0127allem fuq Alla, je\u0127tie\u0121 li min jg\u0127allmu ju\u017ca l-aqwa u l-og\u0127na g\u0127odda tieg\u0127u stess:\u00a0 l-ilsien li jitkellem bih. Mela filwaqt li u\u017ca l-lingwa mit\u0127addta, \u0127addem ukoll dik miktuba biex jag\u0127mel aktar enfasi fuq it-tag\u0127lim li ried jg\u0127addi.\u00a0 G\u0127aldaqstant, f\u2019diversi kotba tieg\u0127u nsibu fra\u017cijiet idjomati\u010bi li lkoll nafu f\u2019ilsienna, kif ukoll qwiel li bihom ried ja\u010b\u010benna aktar l-argument tieg\u0127u.\u00a0 Hemm ukoll kitba o\u0127ra ta\u2019 Dun \u0120or\u0121 fejn fiha jo\u0127loq espressjonijiet tad-deheb hu stess, \u00a0li jixbhu \u0127afna l-proverbji Maltin u dawn waqt li wie\u0127ed jaqrahom awtomatikament jg\u0127inuh biex jifhem a\u0127jar id-direzzjoni ta\u2019 \u0127ajtu.\u00a0 Fost l-aktar kotba li fihom dan l-istil ta\u2019 kitba nsemmi <strong><em>It-Te\u017cor ta\u2019 Missirijietna, Id-Dettatura tal-Patri Majjistru Gregorju, Pariri ta\u2019 Swor Anaknosija u Il-Majjistra Esperjenza.<\/em><\/strong><\/p>\n<p><strong><em>\u00a0<\/em><\/strong><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Ja bniedem la tmurx fejn jitfg\u0127ek ir-ri\u0127 jew fejn jimbuttak, i\u017cda mur fejn fhimt li tmur, u xejn tag\u0127mel addo\u010b\u010b, jekk ma tridx tindem. (Pariri ta\u2019 Swor Anaknosija). <\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>\u00a0<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Tg\u0127allimt li ma nag\u0127milx dak li ma rridx lili. (Il-Majjistra esperjenza).<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<ol start=\"3\">\n<li><strong><span style=\"color: #000000;\">Il-Kitba Pedago\u0121ika<\/span> \u00a0\u00a0<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p>Irrid nag\u0127milha \u010bara li fis-sewwa, kull kitba ta\u2019 San \u0120or\u0121 Preca hija Pedago\u0121ika.\u00a0 Dan ifisser li f\u2019kull stil tieg\u0127u, il-qaddis Malti dejjem \u017cewwe\u0121 l-akkademika mal-kun\u010betti teoreti\u010bi tieg\u0127u li fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar dawn jie\u0127du sura konkreta.\u00a0 I\u017cda f\u2019dan il-\u0121eneru ta\u2019 kitba tisboq aktar il-konsistenza filwaqt li t-tag\u0127lim mi\u0121bud huwa gradat u memorizzat.\u00a0 Interessanti l-fatt li t-tag\u0127lim gradat kif jippre\u017centah Dun \u0120or\u0121, huwa espressjoni fa\u010bli ta\u2019 fehim u li dan jil\u0127aq il-milja tieg\u0127u l-aktar fl-attitudnijiet kollha tan-Nisrani, fil-mod kif ja\u0127seb, jitkellem u ja\u0121ixxi. Wara kollox dan hu dak li kien jg\u0127id anki l-g\u0127aref \u010ai\u010berun li <strong><em>tkun taf il-li\u0121ijiet mhix biss li inti timmemorizzahom, imma li takkwistahom fik fil-qawwa u t-tifsira kollha tag\u0127hom.<\/em><\/strong><\/p>\n<p>L-aktar ktieb li jispikka hawn huwa <span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Il-Ktieb tas-Sinjali u l-Mezzi.<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>\u00a0<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Min g\u0127andu fih l-Ispirtu ta\u2019 Kristu, jimita lil Kristu f\u2019kollox.\u00a0 (Il-Ktieb tas-Sinjali)<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong><em>\u00a0<\/em><\/strong><\/p>\n<ol start=\"4\">\n<li><span style=\"color: #000000;\"><strong>Kitba ta\u2019 Korrispondenza<\/strong><\/span><\/li>\n<\/ol>\n<p>Patri Alexander Bonni\u010bi OFMConv. fil-ktieb tieg\u0127u <strong><em>San \u0120or\u0121 Preca Fid-dawl tal-ittri tieg\u0127u,<\/em><\/strong> jis\u0127aq li fuq livell \u0121enerali, meta Dun \u0120or\u0121 kien iwie\u0121eb xi ittra li kienu jibag\u0127tulu, dejjem wera li kellu pedament tajjeb \u0127afna ta\u2019 psikolo\u0121ija, filwaqt li kien rigal tabil\u0127aqq mist\u0127oqq g\u0127all-poplu Malti.\u00a0 B\u0127al kull bniedem ie\u0127or li kien jifta\u0127 qalbu mieg\u0127u, Dun \u0120or\u0121 kien jifhem bis-s\u0127i\u0127 it-tribulazzjonijiet tal-\u0127ajja g\u0127aliex b\u0127alna kien imtaqqal bil-problemi tieg\u0127u: b\u0127al ng\u0127idu a\u0127na d-dg\u0127ufija ta\u2019 sa\u0127\u0127tu jew ta\u2019 sa\u0127\u0127et qrabatu.\u00a0 Il-korrispondenza tieg\u0127u f\u2019\u0127afna mill-ittri li wie\u0121eb, tirrifletti abbandun totali: rabta s\u0127i\u0127a u dejjiema mal-volont\u00e0 providenzjali ta\u2019 Alla.\u00a0<\/p>\n<p>L-aktar ittri li juru kontinwit\u00e0 huma dawk li wie\u0121eb lis-Superjura Rakela Camilleri li kienet is-Superjura Djo\u010besana ta\u2019 G\u0127awdex u li min\u0127abba problemi ta\u2019 vja\u0121\u0121ar kienet tie\u0127u sensiela ta\u2019 pariri ming\u0127and San \u0120or\u0121 Preca permezz tal-ittri li kienet tibg\u0127atlu.\u00a0 Fost it-temi msemmija f\u2019dawn l-ittri insibu fost l-aqwa<span style=\"color: #000000;\"> <strong><em>L-Intenzjoni retta, il-Manswetudni, l-Ubbidjenza, l-Appostolat Museumin u l-Attributi ta\u2019 Alla.<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>\u00a0<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Binti oqg\u0127od kwieta u fer\u0127ana u kkonfida f\u2019Alla tag\u0127na li j\u0127obbna u j\u0127obbna wisq<\/em><\/strong>. <strong><em>(Ittra lil Rakela).<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong><em>\u00a0<\/em><\/strong><\/p>\n<ol start=\"5\">\n<li><span style=\"color: #000000;\"><strong>Kitba Kristolo\u0121ika <\/strong><\/span><\/li>\n<\/ol>\n<p>G\u0127alkemm f\u2019kull kitba ta\u2019 Dun \u0120or\u0121, Kristu huwa l-qofol tan-Nisrani, hemm sensiela ta\u2019 kotba li l-istil u t-tema tag\u0127hom hija aktar iffukata fuq il-persuna ta\u2019 Sidna \u0120es\u00f9 Kristu.\u00a0 Huma kotba li filwaqt li jixhdu l-istess tema imma f\u2019ambitu differenti,\u00a0 l-isem tag\u0127hom huwa metaforiku.\u00a0 Fost l-aktar ktieb li jispikka huwa <strong><em>Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta\u2019 Kristu <\/em><\/strong>g\u0127aliex f\u2019 dan il-ktieb insibu tliet taqsimiet li juruna x\u2019g\u0127amel, x\u2019qal u x\u2019sofra Kristu \u0120es\u00f9 u li dawn l-azzjonijiet kollha jinbidlu f\u2019riflessjonijiet addattati g\u0127all-\u0127ajja tan-Nisrani.\u00a0 Kotba o\u0127ra huma <span style=\"color: #000000;\"><strong><em>L-Isptar ta\u2019 Kristu, Il-Ktieb tan-Notturni, Il-Mansjonijiet, Il-Pjagi ta\u2019 Kristu, Id-Duttrina ta\u2019 \u0120es\u00f9 Kristu Nazzarenu, is-Sena tas-Sinjur\u00a0 <\/em><\/strong>u tant o\u0127rajn.<\/span><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Osserva l-qalb ta\u2019 \u0120es\u00f9 fil-\u0127erqa g\u0127all-konver\u017cjoni tal-midinbin.\u00a0 (Il-Mansjonijiet).<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<ol start=\"6\">\n<li><span style=\"color: #000000;\"><strong>Kitba Marjana<\/strong><\/span><\/li>\n<\/ol>\n<p>Ma nistax nieqaf hawn ming\u0127ajr ma nsemmi l-Kitba li Dun \u0120or\u0121 nise\u0121 fuq il-Madonna.\u00a0 Irridu ng\u0127idu wkoll li f\u2019\u0127afna minn dawn il-kitbiet Dun \u0120or\u0121 ja\u010b\u010benna wkoll g\u0127all-persuna ta\u2019 San \u0120u\u017cepp u li g\u0127al dan ukoll iddedika ktieb s\u0127i\u0127.\u00a0 Imma filka\u017c ta\u2019 Marija, il-qaddis Malti mhux biss iddedika diversi kotba, i\u017cda fihom jinkludi siltiet bibli\u010bi biex isa\u0127\u0127a\u0127 it-tag\u0127lim dwar il-persuna tal-Madonna.\u00a0 Mhux biss, i\u017cda huwa wkoll je\u0127odna f\u2019diversi siltiet imma\u0121inarji mill-\u0127ajjet il-Madonna, u li \u0127afna minnhom silithom mill-kotba Apokrifi, biex filwaqt li jg\u0127aqqad ir-realt\u00e0 mal-imma\u0121inarju, huwa jkun jista\u2019 jispjega a\u0127jar il-\u0127ajja qaddisa ta\u2019 din il-mara mag\u0127\u017cula minn\u00a0 Alla.\u00a0 Fost il-kotba ewlenin insibu <span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Ir-Ru\u017carju tal-Madonna, Il-Benedicta u il-Lapidarju.<\/em> <\/strong><\/span><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/span><\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Marija kienet kreatura perfetta f\u2019kollox, g\u0127alhekk skont San \u0120akbu , kienet silenzju\u017ca.\u00a0 (Il-Lapidarju).<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>Hemm \u0127afna aktar x\u2019wie\u0127ed jg\u0127id fuq it-tag\u0127lim miktub ta\u2019 San \u0120or\u0121 Preca.\u00a0 I\u017cda xtaqt nag\u0127tikom tog\u0127ma tajba u xierqa tal-istili varji li jinsabu fil-kitba ta\u2019 San \u0120or\u0121 Preca.\u00a0 Allura bix-xieraq li jist\u0127oqqlu jissejja\u0127 l-G\u0127alliem \u00a0tal-pinna, g\u0127aliex kien kapa\u010bi j\u0127addem din il-kwalit\u00e0 fih biex iwassal lil Alla g\u0127and l-o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Fuq kollox dan kollu jtir mar-ri\u0127 jekk a\u0127na li nit\u0127ajru naqraw kitbietu, nieqfu biss fuq il-kelma u ma nirriflettux bis-serjet\u00e0 x\u2019nistg\u0127u inbiddlu biex \u0127ajjitna tkun tog\u0127\u0121ob aktar lis-Sinjur Alla.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><span style=\"color: #000000;\"><strong><em>Josette Spiteri SDC \u2013 membru tas-So\u010bjet\u00e0 tal-Museum<\/em><\/strong><\/span><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><em><strong>ACN Malta<\/strong><\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>SAN \u0120OR\u0120 PRECA \u2013 L-G\u0126ALLIEM TAL-PINNA F\u2019g\u0127eluq il-137 sena minn twelidu \u2013 12 ta\u2019 Frar, 1880. Josette Spiteri SDC \u2013 membru tas-So\u010bjet\u00e0 tal-Museum &nbsp; G\u0127ad hawn \u0127afna nies fostna li kellhom ix-xorti li la\u0127qu \u0127aj lil San \u0120or\u0121 Preca. Dawn \u0127utna \u010bertament li kellhom u g\u0127ad g\u0127andhom vanta\u0121\u0121 fuq nies b\u0127ali li ma la\u0127quhx, g\u0127aliex&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":20271,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[19,1],"tags":[],"class_list":["post-20269","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-e-newsletters","category-uncategorized"],"yoast_head":"<!-- This site is optimized with the Yoast SEO plugin v24.2 - https:\/\/yoast.com\/wordpress\/plugins\/seo\/ -->\n<title>San Gorg Preca - l-Ghalliem tal-pinna - Aid to the Church in Need (Malta)<\/title>\n<meta name=\"robots\" content=\"index, follow, max-snippet:-1, max-image-preview:large, max-video-preview:-1\" \/>\n<link rel=\"canonical\" href=\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/\" \/>\n<meta property=\"og:locale\" content=\"en_US\" \/>\n<meta property=\"og:type\" content=\"article\" \/>\n<meta property=\"og:title\" content=\"San Gorg Preca - l-Ghalliem tal-pinna - Aid to the Church in Need (Malta)\" \/>\n<meta property=\"og:description\" content=\"SAN \u0120OR\u0120 PRECA \u2013 L-G\u0126ALLIEM TAL-PINNA F\u2019g\u0127eluq il-137 sena minn twelidu \u2013 12 ta\u2019 Frar, 1880. Josette Spiteri SDC \u2013 membru tas-So\u010bjet\u00e0 tal-Museum &nbsp; G\u0127ad hawn \u0127afna nies fostna li kellhom ix-xorti li la\u0127qu \u0127aj lil San \u0120or\u0121 Preca. Dawn \u0127utna \u010bertament li kellhom u g\u0127ad g\u0127andhom vanta\u0121\u0121 fuq nies b\u0127ali li ma la\u0127quhx, g\u0127aliex...\" \/>\n<meta property=\"og:url\" content=\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/\" \/>\n<meta property=\"og:site_name\" content=\"Aid to the Church in Need (Malta)\" \/>\n<meta property=\"article:published_time\" content=\"2017-02-08T08:18:57+00:00\" \/>\n<meta property=\"og:image\" content=\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/v2-1.jpg\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:width\" content=\"300\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:height\" content=\"293\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:type\" content=\"image\/jpeg\" \/>\n<meta name=\"author\" content=\"ACN Malta Media\" \/>\n<meta name=\"twitter:card\" content=\"summary_large_image\" \/>\n<meta name=\"twitter:label1\" content=\"Written by\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:data1\" content=\"ACN Malta Media\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:label2\" content=\"Est. reading time\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:data2\" content=\"8 minutes\" \/>\n<script type=\"application\/ld+json\" class=\"yoast-schema-graph\">{\"@context\":\"https:\/\/schema.org\",\"@graph\":[{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/\",\"url\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/\",\"name\":\"San Gorg Preca - l-Ghalliem tal-pinna - Aid to the Church in Need (Malta)\",\"isPartOf\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#website\"},\"primaryImageOfPage\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#primaryimage\"},\"image\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#primaryimage\"},\"thumbnailUrl\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/v2-1.jpg\",\"datePublished\":\"2017-02-08T08:18:57+00:00\",\"dateModified\":\"2017-02-08T08:18:57+00:00\",\"author\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/3c01ab68e03f1b76347f9f6ac439a9d2\"},\"breadcrumb\":{\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#breadcrumb\"},\"inLanguage\":\"en-US\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"ReadAction\",\"target\":[\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/\"]}]},{\"@type\":\"ImageObject\",\"inLanguage\":\"en-US\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#primaryimage\",\"url\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/v2-1.jpg\",\"contentUrl\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/v2-1.jpg\",\"width\":300,\"height\":293},{\"@type\":\"BreadcrumbList\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#breadcrumb\",\"itemListElement\":[{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":1,\"name\":\"Home\",\"item\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/\"},{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":2,\"name\":\"San Gorg Preca &#8211; l-Ghalliem tal-pinna\"}]},{\"@type\":\"WebSite\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#website\",\"url\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/\",\"name\":\"Aid to the Church in Need (Malta)\",\"description\":\"Aid to the Church in Need (Malta)\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"SearchAction\",\"target\":{\"@type\":\"EntryPoint\",\"urlTemplate\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/?s={search_term_string}\"},\"query-input\":{\"@type\":\"PropertyValueSpecification\",\"valueRequired\":true,\"valueName\":\"search_term_string\"}}],\"inLanguage\":\"en-US\"},{\"@type\":\"Person\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/3c01ab68e03f1b76347f9f6ac439a9d2\",\"name\":\"ACN Malta Media\",\"image\":{\"@type\":\"ImageObject\",\"inLanguage\":\"en-US\",\"@id\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/image\/\",\"url\":\"https:\/\/secure.gravatar.com\/avatar\/93fb625be2ad6b7f825159f4ef11b098?s=96&d=mm&r=g\",\"contentUrl\":\"https:\/\/secure.gravatar.com\/avatar\/93fb625be2ad6b7f825159f4ef11b098?s=96&d=mm&r=g\",\"caption\":\"ACN Malta Media\"},\"url\":\"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/author\/admin2\/\"}]}<\/script>\n<!-- \/ Yoast SEO plugin. -->","yoast_head_json":{"title":"San Gorg Preca - l-Ghalliem tal-pinna - Aid to the Church in Need (Malta)","robots":{"index":"index","follow":"follow","max-snippet":"max-snippet:-1","max-image-preview":"max-image-preview:large","max-video-preview":"max-video-preview:-1"},"canonical":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/","og_locale":"en_US","og_type":"article","og_title":"San Gorg Preca - l-Ghalliem tal-pinna - Aid to the Church in Need (Malta)","og_description":"SAN \u0120OR\u0120 PRECA \u2013 L-G\u0126ALLIEM TAL-PINNA F\u2019g\u0127eluq il-137 sena minn twelidu \u2013 12 ta\u2019 Frar, 1880. Josette Spiteri SDC \u2013 membru tas-So\u010bjet\u00e0 tal-Museum &nbsp; G\u0127ad hawn \u0127afna nies fostna li kellhom ix-xorti li la\u0127qu \u0127aj lil San \u0120or\u0121 Preca. Dawn \u0127utna \u010bertament li kellhom u g\u0127ad g\u0127andhom vanta\u0121\u0121 fuq nies b\u0127ali li ma la\u0127quhx, g\u0127aliex...","og_url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/","og_site_name":"Aid to the Church in Need (Malta)","article_published_time":"2017-02-08T08:18:57+00:00","og_image":[{"width":300,"height":293,"url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/v2-1.jpg","type":"image\/jpeg"}],"author":"ACN Malta Media","twitter_card":"summary_large_image","twitter_misc":{"Written by":"ACN Malta Media","Est. reading time":"8 minutes"},"schema":{"@context":"https:\/\/schema.org","@graph":[{"@type":"WebPage","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/","url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/","name":"San Gorg Preca - l-Ghalliem tal-pinna - Aid to the Church in Need (Malta)","isPartOf":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#website"},"primaryImageOfPage":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#primaryimage"},"image":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#primaryimage"},"thumbnailUrl":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/v2-1.jpg","datePublished":"2017-02-08T08:18:57+00:00","dateModified":"2017-02-08T08:18:57+00:00","author":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/3c01ab68e03f1b76347f9f6ac439a9d2"},"breadcrumb":{"@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#breadcrumb"},"inLanguage":"en-US","potentialAction":[{"@type":"ReadAction","target":["https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/"]}]},{"@type":"ImageObject","inLanguage":"en-US","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#primaryimage","url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/v2-1.jpg","contentUrl":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/v2-1.jpg","width":300,"height":293},{"@type":"BreadcrumbList","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/2017\/02\/08\/san-gorg-preca-l-ghalliem-tal-pinna\/#breadcrumb","itemListElement":[{"@type":"ListItem","position":1,"name":"Home","item":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/"},{"@type":"ListItem","position":2,"name":"San Gorg Preca &#8211; l-Ghalliem tal-pinna"}]},{"@type":"WebSite","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#website","url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/","name":"Aid to the Church in Need (Malta)","description":"Aid to the Church in Need (Malta)","potentialAction":[{"@type":"SearchAction","target":{"@type":"EntryPoint","urlTemplate":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/?s={search_term_string}"},"query-input":{"@type":"PropertyValueSpecification","valueRequired":true,"valueName":"search_term_string"}}],"inLanguage":"en-US"},{"@type":"Person","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/3c01ab68e03f1b76347f9f6ac439a9d2","name":"ACN Malta Media","image":{"@type":"ImageObject","inLanguage":"en-US","@id":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/#\/schema\/person\/image\/","url":"https:\/\/secure.gravatar.com\/avatar\/93fb625be2ad6b7f825159f4ef11b098?s=96&d=mm&r=g","contentUrl":"https:\/\/secure.gravatar.com\/avatar\/93fb625be2ad6b7f825159f4ef11b098?s=96&d=mm&r=g","caption":"ACN Malta Media"},"url":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/author\/admin2\/"}]}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/20269","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=20269"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/20269\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/media\/20271"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=20269"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=20269"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/acnmalta.org\/_oldsite\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=20269"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}