Kien ta’ pjaċir għalina li nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju 2015, l-E.T. Mons. Charles Jude Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, f’laqgħa ta’ kortesija iltaqa’ mas-Sur Neville Kyrke-Smith, Direttur Nazzjonali tar-Renju Unit u mas-Sur Stephen  Axisa, Direttur Nazzjonali ta’ Malta. Is-Sur Neville Kyrke-Smith ta lill-E.T. dettalji dwar iż-żjara li għamel riċenti fl-Iraq u s-sitwazzjoni tal-Kristjani f’dan ir-Reġjun. L-E.T. wera x-xewqa li  jibqa’ jiġi nfurmat dwar il-qagħda tal-Kristjani  ppersegwitati fl-Iraq u postijiet oħra.

 

Stephen Axisa, waqt li rringrazzja lill-Mons. Arċisqof tal-koperazzjoni, tah dettalji dwar il-ħidma tal-Aid to the Church in Need (Malta) li wettqet fl-ewwel sena mit-twaqqif tagħha f’Malta. L-E.T. apprezza l-ħidma li wettqet s’issa l-ACN (Malta), u ta l-Barka Tiegħu għall-ħidma għas-snin li ġejjien. Huwa ta l-approvazzjoni Tiegħu dwar in-nomina tal-Assistent Ekkleżjastiku għall-ACN (Malta).

 

Aħna nwegħdu lill-Mons. Arċisqof it-Talb u l-koperazzjoni sħiħa tagħna.