Fuq stedina tal-Aid to the Church in Need (Malta) Fr. Madjid McDassy OP minn Bagdad, l-Iraq aċċetta l-istedina tagħna biex iżur Malta u Għawdex. Nirringrazzjaw lill-Awtorita tal-Knisja u l-Poplu Malti u Għawdxi tal-għajnuna ġeneruza li taw lill-Poplu tal-Iraq fil-gwerra u l-persekuzzjoni li ilhom għaddejien minna mill-2003. Għalhekk inħossu li, l-ewwel nett nirringrazzjaw ‘l Alla tal-miġja ta’ Fr. Majid fostna u l-koperazzjoni sħiħa li sibna.

Nirringrazzjaw:

 

–         lill-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, li ġentilment attendiet u għamlet diskors importanti li qed jidher ukoll f’din l-E-Newsletter;

–         lill-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Apostoliku, li mal-ewwel aċċetta l-istedina tagħna, tad-diskors importani u tal-koperazzjoni tiegħu;

–         lill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna Amministratur Apostoliku li ġentilment iltaqa’ ma Fr. Majid McDassy OP u miegħi nhar it-Tlieta, 4 ta’ Novembru 2014 fejn apprezza l-ħidma ta’ Fr. Majid u tal-Aid to the Church in Need (Malta) fejn awgura suċċess għat-tnehdija tar-Religious Freedom Report. Huwa xtaq li jattendi iżda ma setax minħabba mpenn Pastorali ieħor;

–         lill-E.T. Mons. Dr. Joe Vella Gauci,Ambaxxatur u Delegat Permanenti ta’ Malta għall-UNESCO li għamel diskors elokwenti dwar il-libertà reliġjuża li qed jidher ukoll f’din l-E-Newsletter;

–         lil Fr. Frans Micallef OP, Provinċjal tal-Komunità Dumnikana u lil Radju Marija tal-koperazzjoni tagħhom;

–         lill-Mons. Karm Refalo, Arċipriet tax-Xagħra, Għawdex li ġentilment offra lil Fr. Majid biex jikkonċelebra fil-Quddiesa tas-Sibt, l-ewwel ta’ Novembru 2014;

–         lil Fr. Victor Scicluna, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Girgor tas-Sleima li stieden lil Fr. Majid biex jikkonċelebra miegħu fil-Quddiesa tal-Ħadd, 2 ta’ Novembru 2014;

–         lil Fr. Charles Tabone OP tal-opportunità li ta lil Fr. Majid jikkonċelebra miegħu fil-Quddiesa għaż-żgħażagħ li saret il-Ħadd, 2 ta’Novembru 2014 fil-Parroċċa ta’ Ġesu’ Nazzarenu tas-Sliema;

–         lil Fr. Micheal Buġeja S.J. li offra lil Fr. Majid li jikkonċelebra fil-Quddiesa li saret fil-Kappella tal-Università u wara għamel taħdida lil-lecturers u lill-istudenti. Huma wrew interess fil-ħidma li qed iwettaq fl-Iraq u l-għajnuna li qed tingħata minn l-Aid to the Church in Need f’diversi proġetti b’mod speċjali issa li dieħla x-Xitwa;

–         lil Fr. Dionisius Mintoff OFM li mill-ewwel aċċetta li t-tnehdija tar-Religious Freedom Report issir fil-Laboratorju tal-Paċi ddedikat lil San Giovanni XXIII li ddedika ħajtu għad-djalogu u l-paċi;

–         lill-Media għall-pubblikazzjoni dwar din l-attività fuq il-ġurnali u r-radji tagħhom;

–         lill-istaff Paul, Mario, Victor, Damian u Herman tal-Organizazzjoni ta’ din il-ħidma; u

–         lill-kollaboraturi fosthom: Sr. Yvonne Gera FFM, Stanley Spiteri, Fr. John Ciarlo, Rosita Farrugia, Gino Axisa, Amy Zammit Salinos, Tony Mifsud u Robbie Mamo, fost oħrajn.

 

Nirringrazzjaw ukoll lil Fr. Majid McDassy OP li f’dawn il-ġranet  bagħtilna email b’ringrazzjament u qalilna li baqa’ impressjonat bil-konkorrenza,  is-sapport tal-Poplu u t-talb għal ħutna nsara u komunitajiet oħra fl-Iraq.

L-Aid to the Church in Need (Malta) tirringrazzja lil dawk kollha msemmijin hawn fuq għat-talb u s-sapport li wrew ma’ Fr. Majid u mal-Aid to the Church in Need (Malta) waqt iż-żjara tiegħu f’Malta u Għawdex.

 

Stephen Axisa

Direttur Nazzjonali

Aid to the Church in Need (Malta)